Sport Sport Ieħor

Duncan Micallef u Franklyn Borg jibdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing

Duncan Micallef għandu ċans tajjeb li jirbaħ il-klassi tiegħu

Fit-trakka ta’ Hockenheim fil-Ġermanja, bħalissa għaddej rawnd ieħor tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing. Wara tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni, is-sewwieq Malti tat-Top Fuel Dragster Duncan Micallef bħalissa jinsab fil-ħames post. L-aħjar ħin ta’ Micallef sa issa hu ta’ 4.274 sekondi u massimu ta’ veloċità ta’ 369.17 mil fis-siegħa.

Franklyn Borg ukoll qed jikkompeti fuq mutur Hyabusa li qed jiġi preparat minn Simon Giordimaina. L-aħjar ħin ta’ Borg hu ta’ 7.063 sekondi u veloċità massima ta’ 369.17 mil fis-siegħa. Wara dawn it-tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni, ikun għad jonqos l-eliminazzjonijiet, bil-finali mistennija ssir għada. Kemm Duncan Micallef kif ukoll Franklyn Borg jinsabu fil-quċċata tal-klassijiet rispettivi tagħhom, b’ċans tajjeb li jirbħu l-kompetizzjoni tagħhom.

Sadanittant, is-sewwieqa Rodren Vella u Bernard Galea rebħu l-klassi tagħhom fil-kompetizzjoni 750 Motor Club Sport fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone.