Il-Pulizija Spanjola għaddejja bit-tfittxija għal Marokkin li jismu Younes Abouyaaqoub u li x’aktarx kien qed isuq il-vann li wettaq straġi f’Las Ramblas.
Dan minkejja li sa ftit sigħat ilu, il-Pulizija kienet qed taħseb li s-sewwieq kien Moussa Oukabir, żagħżugħ ta’ 17-il sena. Dan kien wieħed mill-ħamest irġiel li nqatlu f’attakk li kien se jsir aktar tard f’Cambrils, żona oħra f’Barċellona.
Skont il-Pulizija Spanjola, Oukabir kien qed jippjana li jwettaq aktar attakki fi Spanja. Is-sewwieq, li għandu biss 22 sena, kien jgħix f’Ripoll, villaġġ viċin Barċellona.
B’rabta mal-istess attakk, ġew arrestati tliet persuni f’Ripoll u persuna oħra f’Alcanar. F’dan l-attakk li għalih l-Istat Iżlamiku refa’ ir-responsabilità tiegħu nqatlu ħmistax-il persuna u għexirien oħra ndarbu.
Aqra aktar;
SPANJA: Għadhom ifittxu lit-terrorista ta’ Barċellona, sigħat wara d-dmija
//= $special ?>