Lokali Parlament

Il-Gvern iwieġeb għall-proposti tal-Oppożizzjoni

Se jkunu qed jiddiskutu l-proposti tal-Oppożizzjoni fl-aħħar ta' Settembru

Fl-aħħar ta’ Settembru il-Gvern u l-Oppożizzjoni se jkunu qed jiddiskutu l-proposti tal-Oppożizzjoni biex il-Parlament jaħdem aħjar.

Dan ħareġ mit-tweġiba tal-Gverm wara li l-Ġimgħa l-Oppożizzjoni ppreżentat il-proposti lill-Gvern għat-tisħiħ tal-Parlament Malti.

Il-proposti li prezentat l-Oppożizzjoni huma li :

1. Jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika;
2. Jibda jsir skrutinju ta’ ħatriet bħal ambaxxaturi u chairpersons ta’ awtoritajiet;
3. Jibda jkun hemm ħin speċifiku fil-Parlament għal Prime Minister’s Question Time;
4. Li l-Parlament ikollu aktar faċilitajiet u riżorsi għall-ħidma Parlamentari,
5. Il-Parlament jingħata aktar fondi biex ikun jista’ jimpjega aktar ħaddiema li jkunu ta’ appoġġ u fond ta’ riċerka għad-Deputati Maltin,
6. Jibdew diskussjonijiet għar-Riforma Kostituzzjonali li tkun tinkludi l-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena fl-elezzjoni ġenerali, u
7. Li mozzjonijiet privati tal-Oppożizzjoni jsiru aktar frekwenti minn dak li hemm previst illum ta’ darba kull tliet xhur.