It-Tnejn, iċ-Champions lokali Luxol Futsal se jmorru Linz fl-Awstrija biex jikkompetu fi Grupp Ċ tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Futsal Cup. Fl-aħħar ġimgħat, it-tim kien qed jipprepara biex isaħħaħ l-iskwadra u se jkunu qed jippruvaw li jsiru l-ewwel tim Malti li jgħaddi mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni.
Fost l-iskwadra ta’ 16-il plejer hemm plejers barranin ta’ esperjenza fix-xena internazzjonali. Fosthom hemm il-gowlkiper Norveġiż Kenneth Rakvaag li lagħab 67 logħba għal pajjiżu.
Mat-tim hemm ukoll il-Kroati Kristijan Grbesa, Nikola Perkovic u Hrvoje Penava li kollha se jkunu parti mill-iskwadra. Magħhom hemm ukoll il-Brażiljan b’esperjenza f’kampjonati barranin Rogerio dos Santos, li f’Malta lagħab ukoll ma’ Ħamrun Futsal.
It-tim għadu mmexxi mill-plejer kowċ Frane Despotovic li għandu wkoll il-kwalità ta’ fost l-aqwa plejers lokali bħal captain Mark Zammit, Gian Carlo Sammut, Glenn Bonello, Andy Mangion u l-gowlkipers Clint Mifsud u Matthew Xerxen. Bħala parti mill-preparazzjoni, il-klabb għamel żjara lill-Prim Ministru.
Fi Grupp Ċ, Luxol se jkunu qed jilagħbu kontra KMF Shkupi tal-Maċedonja, Maccabi Tel Aviv tal-Iżrael u FC Diamant Linz tal-Awstrija li se jkunu qed jorganizzaw dan il-grupp.
L-iskwadra kollha
Gowlkipers: Kenneth Rakvaag (Norveġja), Clint Mifsud, Matthew Xerxen
Plejers: Celino Alves (Brażil), Kristijan Grbesa (Kroazja), Frane Despotovic (Kroazja), Rogerio dos Santos (Brażil), Gian Carlo Sammut, Mark Zammit, Glenn Bonello, Nikola Perkovic (Kroazja), Emil Andrei Raducu (Rumanija), Andy Mangion, Hrvoje Penava (Kroazja), Zvezdan Vukovic (Serbja) u William Barbosa (Brażil)
Kowċ: Frane Despotovic (Kroazja), Zeljko Anicic
Physical Trainer: Alan Simovcic
//= $special ?>