Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-PN Frank Portelli qal li fil-politika, meta jkollok avversarju bħal dak li għandna f’Malta, jiġifieri l-Partit Laburista, irridu nieħdu ħsieb li l-dak l-avversarju ma nissottovalutawhx, u ma naħsbux li lil dan se nirbħulu malajr, għax diffiċli tirbaħlu.
F’messaġġ irrekordjat, Frank Portelli sostna li dwar dan hemm żewġ regoli. L-ewwel waħda tgħidtx kull ma taf u t-tieni waħda, għandek tirreferi għall-ewwel waħda.
Frank Portelli qal li l-PN ma kellux preżenza fil-midja soċjali u rrakkonta storja li waslet għandu; dik li familja għamlet ilment dwar appuntament l-isptar fuq il-midja soċjali fil-paġna Are you being served, u żied jgħid li din il-persuna kien ċemplilha wieħed li kien qal li hu Neville Gafà u minnufih solva l-problema ta’ din il-persuna.
Frank Portelli żied li l-midja soċjali hekk għandha tintuża u mhux se jiddejjaq jagħmel l-istess biex finalment jirbaħ.
//= $special ?>