Rapport: Chris Cassar
Sliema: G. Sarao, J. Mintoff, G. Aquilina (M. Scerri 78′), R. Spiteri (L. Motta 78′), P. Xuereb, F. Temile, S. Bianciardi, M. Muchardi, A. Muscat, R. Correa, G. Adamovic (M. Sansone 51′).
Senglea: T. Aquilina, J. Bondin, I. Azzopardi, A. Terracciano, M. Garcia, T. Vella (R. Dalli 92′), H. Vella, N. Palmieri (A. Caseres 85′), B. Muscat, S. Bonnici, I. Paz.
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Sammy Attard
Imwissija: R. Correa, M. Muchardi, P. Xuereb (Sliema W), A. Terracciano, B. Muscat, J. Bondin (Senglea A)
Skorjaw: N. Palmieri 26′, M. Garcia 53′ (S), G. Aquilina 36′, J. Mintoff 39′ (S)
Plejer tal-logħba: Matias Muchardi (Sliema)
Senglea kisbu punt fl-ewwel ħarġa tagħhom meta qasmu erba’ gowls ma’ Sliema Wanderers f’logħba ferm interessanti u sabiħa, speċjalment fl-ewwel parti tagħha. Sliema mingħajr dubju kienu aħjar mill-avversarji fl-ewwel taqsima fejn iddettaw il-logħob u kellhom ħafna ċansijiet ta’ skor iżda daħlu jistrieħu b’gowl wieħed biss vantaġġ wara li kienu Senglea li b’sorpriża marru minn fuq.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Senglea kisbu l-gowl tad-draw u minn hemm ‘l quddiem il-logħba nbidlet fejn Senglea bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji u kien biss lejn it-tmiem li Sliema għamlu l-aħħar sforz biex jiksbu t-tliet punti.
Fis-26 minuta Senglea fetħu l-iskor kontra x-xejra tal-logħob meta minn korner ta’ Paz, kien NICOLA PALMIERI li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras xeħet fix-xibka. Risposta immedjata ta’ Sliema b’xutt ta’ Temile jgħaddi jħakkek mal-lasta.
Fis-36 minuta Sliema kisbu draw meritat meta minn azzjoni ta’ korner il-ballun ġie f’saqajn GABRIEL AQUILINA li b’xutt preċiż fil-baxx xeħet fir-rokna tax-xibka.Tliet minuti wara Sliema marru minn fuq b’azzjoni ta’ Temile fuq ix-xellug li qassam lejn Correa li kompla lejn MINTOFF li mill-viċin kompla għal ġewwa.
Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Senglea kisbu d-draw b’gowl mill-isbaħ ta’ MATIAS GARCIA li daħal fil-kaxxa, qabeż tliet avversarji qabel xeħet fil-baxx fix-xibka. Minn wara dan il-gowl il-kumplament tat-taqsima kienet ferm bilanċjata bis-Slimiżi ma jirnexxielhomx jerġgħu jieħdu l-kontroll kif għamlu fl-ewwel taqsima.
//= $special ?>