It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena tilef il-logħba tal-lum 12-6 kontra s-Slovakkja fid-Dario Cukic Memorial li qed jintlagħab f’dawn il-jiem. Dan it-tournament li fih qed jikkompetu timijiet ta’ qawwa, qed isservi ta’ esperjenza għal dawn iż-żgħażagħ li jilagħbu fix-xena internazzjonali kontra timijiet ta’ kwalità.
Fil-ħames logħbiet preċedenti, it-tim Malti rebaħ 7-5 kontra l-Awstralja u 8-6 kontra l-Moldova filwaqt li tilef kontra l-qawwa tas-Serbja u l-Istati Uniti 18-3 u 15-3 rispettivament kif ukoll 24-5 kontra l-Olanda.
Għat-tim Malti s-sitt gowls ġew skorjati minn tripletta ta’ Jake Muscat, Simon Mallia, Benji Cachia u Sebastian Busuttil. Iż-żgħażagħ Maltin jilagħbu għada għad-disa u l-għaxar post kontra Singapore fit-8.30am.
//= $special ?>

