Futbol Sport

It-tieni rebħa fil-Premier League għal Manchester United

Marcus Rashford imdawwar minn tliet difensuri fl-ewwel taqsima tal-logħba (Ritratt: EPA)

Manchester United kisbu t-tieni rebħa minn żewġ logħbiet fil-Premier League meta għelbu lil Swansea 4-0 fil-Liberty Stadium. Ir-Red Deviles fetħu l-iskor eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn azzjoni ta’ korner, id-daqqa ta’ ras ta’ Paul Pogba ġiet salvata parzjalment minn Fabianski u ħabtet mal-mimduda, b’Eric Bailly ikompli l-ballun għal ġewwa minn fuq il-linja.

It-tim ta’ Mourinho rdoppja fitl-81 minuta permezz tal-attakkant Belġjan Romelu Lukaku, biex Mkhitaryan serva ta’ assist għal Paul Pogba li minuta wara qabbeż fuq Fabianski għat-tielet gowl. Manchester United saħansitra skorjaw ir-raba’ gowl fl-84 minuta b’azzjoni personali ta’ Anthony Martial.