Tfajla Torka ta’ 29 sena ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku wara li l-vettura tagħha nqalbet għal kollox fuq is-saqaf.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-7:10am, fi Triq Ħal Far f’Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Hija ftit wara ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Magħha kien hemm passiġġier, żagħżugħ ta’ 29 sena li huwa wkoll ta’ nazzjonalità Torka, li ma sofra l-ebda ġrieħi.
Iż-żewġ żgħażagħ huma residenti San Ġiljan.
//= $special ?>