Lokali

Tlieta l-isptar wara ħabta f’Raħal Ġdid

Tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Vjal Santa Luċija fin-niżla tal-Addolorata direzzjoni lejn il-Marsa meta għal xi raġuni vettura tat-tip Nissan kellha impatt ma’ vettura tat-tip KIA

Raġel ta’ 46 sena residenti f’Birżebuġġa kien qed isuq waħda mill-karozzi, huwa kellu passiġġier miegħu raġel ta’ 79 sena minn Ħal Luqa. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 72 sena residenti fiż-Żejtun.

Il-Mara ta’ 72 sena weġġgħet gravi waqt li ż-żewġ persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin.

Ritratt: Ramon Farrugia