Il-festa ta’ San Duminku fil-Birgu ġiet iċċelebrata bil-kbir, dan hekk kif ix-xogħol ta’ sena sħiħa ssarraf fi brijju liema bħalu waqt il-marċ ta’ filgħodu. Fil-Birgu dalgħodu kienu bosta dawk li attendew għall-kxif tal-armar il-ġdid fit-toroq ta’ din il-belt.
NET News tkellem ma’ Lauro Abela, President tal- għaqda filarmonika Prince of Wales Own:
Qabel ma’ ħareġ il-marċ fit-toroq tal-Birgu fejn ġew inawgurati żewġ bandalori flimkien ma’ bandiera fuq il-każin – tqaddset il-quddiesa taż-żgħażagħ fil-Knisja ta’ San Duminku, fejn ġie imbierek simbolikament ix-xogħol li qed isir fir-restawr tal-koppla.
NET News staqsa wkoll dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil-komunita’:
Jidher ukoll li l-entużjażmu għall-armar u l-festi mhuwiex biss fost iż-żgħażagħ u l-kbar – iżda wkoll fost it-tfal preżenti:
Aktar ritratti meħuda dalgħodu:
//= $special ?>