Sport

Duncan Micallef pass eqreb lejn ir-rebħ tal-Kampjonat Ewropew

F’Hockenhaim fil-Ġermanja Duncan Micallef rebaħ it-tielet round konsekuttiv mill-ewwel erbgħa tal-kampjonat  tal-Ewropa tad-Drag Racing.

Micallef wara li għadda mill-eliminazzjonijiet fosthom id-dwell ma Liam Jones fejn għamel id-distanza f’4.274 sekondi b’veloċita ta’ 369.17 mil fis-siegħa wasal fil-finali kontra Jnidia Erbacher, sewwieqa żagħżugħa li kienet qed tieħu sehem fl ewwel finali tagħha.

Duncan Micallef għamel id-distanza f’ħin ta’ 3.997 sekondi kontra l-4.056 ta Erbacher.

Micallef li għadu fil-vantaġġ fuq Anti Hoito fadallu żewġ rounds oħra ghal tmiem il-Kampjonat tal-Ewropa , wieħed fi tmiem il-gimgħa  fi Tierp Arena fl-Isvezja u wara l-Finali tal-Kampjonat f’Santa Pod fl-Ingilterra fid-9 u 10 ta’ Settembru.

Franklyn Borg li ukoll ikkompeta f’dan l-avveniment ġie eliminat fit-tieni round ta eliminazzjonijiet u tilef postu fil-quċċata tal-klassifika iżda Simon Giordmaina, it-tuner tal-mutur ikkummenta  li għadhom biċ-ċans li jierbħu it-titlu tal-kampjonat ġewwa Santa Pod f’Settembru li ġej.