Kultura Lokali

FILMAT: €14,000 biex jerfgħu fil-vara tal-Imġarr

NET News ħa l-kumment tar-rebbieħa u kif ukoll tal-kompetituri fl-offerta - tkellima wkoll dwar għalfejn l-Imġarrin jużaw il-kelma offerta, u mhux irkant

Filmat (fuq): PBS

F’jum il-festa tal-Imġarr f’ġieħ Santa Marija – saret il-offerta tradizzjoni, fejn in-nies jinġabru fejn il-knisja sabiex jaraw l-offerti tar-reffiegħa, biex fl-aħħar min joffri l-akbar somma filgħaxija jerfa’ fil-purċissjoni tal-vara. Din is-sena l-akbar offerta leħqet €14,000 – elf ewro aktar mis-sena li għaddiet.

NET News tkellem ma’ Wistin Vella u Andrew Schembri – tnejn mir-reffiegħa li rebħu l-offerta fil-festa ta’ Santa Marija:

Wistin Vella ilu jieħu sehem minn mindu kellu 17-il sena, iġiferi 38 sena. Meta’ tkellem ma’ NET News, Wistin semma’ kif kien propju iz-ziju ta’ Andrew, Joe Schembri li flimkien bdew jitfgħu l-offerta flimkien. Dawn ir-reffiegħa llejla se jerfgħu fil-vara ta’ Santa Marija.

Iżda fl-offerta tal-llum, kien hemm ukoll l-aħwa Pawlu u Ċensu Camilleri li tefgħu l-offerti tagħhom. NET News tkellem ma’ Pawlu, fejn stqarr li din hi tradizzjoni li ilha tintiret minn żmien Bużnannuh fil-familja – u għalkemm din is-sena ma’ irnexxielux jitfa’ l-ogħla offerta xorta waħda mhux se jaqta’ qalbu li jerġa’ jipprova s-sena ddieħla:

Madanakollu, minkejja li din l-offerta ilha ssir għal bosta snin – ta’ kull sena meta jasal żmienha huma bosta dawk li jgħidu li din is-sistema fejn min jitfa’ l-ogħla somma jkun jista’ jgħaqqad grupp ta’ nies biex jerfgħu fil-vara hu forma ta’ rkant u l-flejjes li jintefgħu fl-offerta huma esaġerati. Għaldaqstant NET News ħa l-kumment ukoll ta’ Dun Ġorġ Schembri fejn stqarr li hu ma jaqbilx ma’ dak li jingħad, hekk kif kwart is-somma li tinġabar tmur għall-karita’, fejn din is-sena se jinbena sptar fil-Ghana, u l-bqija jmorru b’risq il-festa.

Dun Ġorġ Schembri ilu biss 6 xhur fil-paroċċa tal-Imġarr, u għaldaqstant staqsejnih ukoll dwar l-ewwel esperjenza tiegħu fl-offerta tal-festa tal-Imġarr: