Il-Pulizija f’Katalunja, issa, ikkonfermaw li tifel Britanniku ta’ seba’ snin li kellu wkoll ċittadinanza Awstraljana spiċċa fost il-mejtin fl-attakk ta’ jiem ilu fuq Las Ramblas, fil-belt ta’ Barċellona.
It-tifel, Julian Cadman, kien spiċċa separat minn ma’ ommu waqt it-terrur tal-Ħamis u fl-aħħar jiem, il-familja tiegħu appellat regolarment għal informazzjoni dwar iċ-ċkejken wara li hu ma deher qatt aktar.
Julian hu wieħed mit-13 il-persuna li nqatlu meta l-vann misjuq minn terrorista saq direttament għal fuq il-folol fiz-zona ta’ Las Ramblas li hi magħrufa għall-preżenza tat-turisti.
Ommu, Jumarie Cadman, kienet ħadet lil Julian magħha f’Barċellona biex jattendu tieġ tal-familja u hi stess spiċċat fost l-aktar feruti serji fl-attakk partikulari. Hi bħalissa tinsab f’koma u fejn ma għandhiex ħjiel dwar it-telfa ta’ binha.
Sorsi qrib il-Gvern qalu li kellhom jgħaddu l-ġranet biex jidentifikaw il-katavru tat-tifel minħabba l-ħtieġa ta’ konferma dwar id-DNA tiegħu.
//= $special ?>