Internazzjonali

Lura fiż-Żimbabwe fost il-kontroversja

Il-First Lady taz-Zimbabwe, Grace Mugabe, irritornat f’pajjiżha mill-Afrika t’Isfel minkejja allegazzjonijiet li hi attakkat u sawwtet mara ġo lukanda f’Johannesburg.

Grace Mugabe nizlet bl-ajruplan  f’Harare wara li naqset milli tattendi programm tal-First Ladies  waqt is-summit għall-Kapijiet tal-Istati membri tas-Southern African Development Community,  fi Pretorja. Żewġha, il-President taz-Zimbabwe, Robert Mugabe, attenda għall-avveniment qabel irritorna hu wkoll f’pajjiżu.

Sar magħruf ukoll li Grace Mugabe ingħatat l-immunità diplomatika mingħand il-Gvern tal-Afrika t’Isfel biex setgħet titlaq mill-pajjiż mingħajr ma twieġeb allegazzjonijiet li sawwtet mudella ta’ 20 sena b’extension cord u  kaġunatilha feriti f’rasha. Avukat għall-allegata vittma, issa, beħsiebu jikkuntesta d-deċizjoni għall-immunità ta’ Grace Mugabe.