Quddiem il-Qorti, żagħżugħ ta’ 22 sena ammetta li hu ħati ta’ traffikar tad-droga kannabis, u intbagħat sena ħabs.
Iż-żagħżugħ, Abdiqani Mahad Mohamed, hu mis-Somalja u kien residenti fl-open centre f’Ħal Far. F’isem il-prosekuzzjoni deher l-Ispettur Matthew Spagnol fejn akkuża liż-żagħżugħ li traffika d-droga minn distanza ta’ mitt metru jew inqas minn skola jew ċentru taż-żgħażagħ.
Fl-akkużi, tressaq ukoll il-fatt illi Abdiqani Mahad Mohamed huwa reċediv, hekk kif diġa’ kien instab ħati għal reat kriminali sentejn ilu.
//= $special ?>