Ir-Re ta’ Spanja Felipe, martu ir-Reġina Letizia u l-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy illum attendew quddiesa fil-Bażilika tas-Sagrada Familja ta’ Barċellona fejn raddew ġieh lill-vittmi tal-attakki terroristiċi tal-Ħamis ġo dik il-belt u l-madwar li ħallew 14 il-mejtin u ‘il fuq minn 100 midruba.
Il-quddiesa speċjali saret taħt sigurtà kbira bl-aħħar rapporti jgħidu li l-membri ta’ entità terroristika speċifika fi Spanja kienu qed jaħbsu biex jattakkaw il-Bażilika ikonika tas-Sagrada Familja bl-isplussivi.
Waqt il-quddies, il-Kardinal Juan Jose Omella, l-Arċisqof ta’ Barċellona, sejjaħ għall-paċi u l-għaqda u insista li ‘il-poplu se jirnexxilu jegħleb il-biża’.
Il-Kardinal anki qara messaġġ mingħand il-Papa Franġisku li kundanna l-vjolenza u awgura għall-prospetti tal-ħidma li għandha twassal għall-paċi u l-armonija fid-dinja.
//= $special ?>