Lokali Qorti

Tliet snin probation għal tifel li ta daqqa’ ta’ ponn f’wiċċ ommu

Tifel ta’ sittax il-sena ttella’ l-Qorti wara li weġġa’ u kkawża feriti gravi f’wiċċ ommu. It-tifel tpoġġa fuq tliet snin probation.

It-tifel ammetta quddiem il-Maġistrat Anthony Vella li hu ta daqqa ta ponn f’wiċċ ommu lbieraħ. Fl-awla stess, il-Maġistarat wissa lit-tifel biex ma jerġax jagħmel atti ta’ dan it-tip, filwaqt li ta spjegazzjoni dwar is-serjeta’ ta’ dan il-każ.