Inċident ieħor serju għall-Flotta Amerikana fl-Oċean Paċifiku.
Dan wara li għaxar baħrin kienu rapportati nieqsa wara l-bastiment tal-gwerra Amerikan USS John S McCain ħabat ma’ tanker taż-żejt barra Singapore.
Fl-inċident hemm ukoll ħames baħrin li ndarbu. F’Ġunju seba’ baħrin Amerikani mietu wara li l-bastiment tal-gwerra Amerikan USS Fitzgerald ħabat ma’ vapur tal-merkanzija barra l-kosta Ġappuniża.
//= $special ?>

