Dalgħodu f’temp ta’ ftit minuti 10 karozzi li kienu pparkjati fil-Park and Ride ta’ Blata l-Bajda spiċċaw imkissra u misruqa minn persuni mhux magħrufa.
Jirriżulta li xi persuni għall-ħabta tal-11a.m daħlu fil-parkeġġ u waqt li kissru l-ħġieġ tal-karozzi biex setgħu fetħuhom, dawn serqu xi oġġetti mill-karozzi. Sa issa mhux magħruf it-total ta’ oġġetti misruqa.
Fuq il-post waslu Pulizija tad-distrett kif ukoll mit-taqsima tal-forensika. Inġabru wkoll is-sidien tal-karozzi nvoluti.
Il-kameras tas-sigurta’ li hemm fiż-żona mistennija jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.
Fl-2014 fl-istess parkeġġ, f’każ simili, 8 karozzi kienu nsterqu.
Studju li seħħ fl-2015 kien wera li ż-żona tal-Floriana, nkluż il-Park and Ride u żoni tal-parkeġġ ohrajn huma statistikament l-aktar perikolużi li wieħed jipparkja l-karozza fihom.