Eluf ta’ nies inġabru f’Parliament Square f’Londra biex jisimgħu t-tokki tal-Big Ben, l-aħħar għall-erba’ snin li ġejjin.
Dan hekk kif se jsiru xogħolijiet ta’ manutenżjoni fih, dan se jkun l-itwal perjodu fil-157 sena ta’ storja tiegħu li l-Big Ben se jkun wieqaf.
Iżda filwaqt li x-xogħolijiet qed jitqiesu bħala urġenti u neċessarji hemm polemika dwar it-tul ta’ żmien li l-qanpiena tal-Big Ben mhux se tindaqq.
Qanpiena li tiżen aktar minn 13-il tunellata u mhux se tindaqq l-aktar biex tipproteġi s-smiegħ tal-ħaddiema li se jkunu fit-torri jagħmlu t-tiswijiet.
It-tokki tal-Big Ben għandhom post partikolari f’qalb il-poplu tar-Renju Unit.
Dan kemm għaliex jintużaw qabel l-aħbarijiet tal-BBC kif ukoll f’dawk is-sekondi qabel ma tibda s-sena l-ġdida.
//= $special ?>