Lokali

Ġuvni arrestat wara qabda ta’ droga

Ġuvni ta’ 22 sena minn San Ġwann kien arrestat wara li fuq il-pussess tiegħu instabu madwar 250 gramma droga kannabis u ammont iżgħar ta’ droga kokaina, lesti sabiex jiġu ttraffikati. Fil-pussess tal-ġuvni nstab ukoll miżien elettroniku, diversi boroż tal-plastik u diversi oġġetti oħra li jindikaw pussess aggravat u traffikar tad-droga.

Il-ġuvni kellu fuqu wkoll €600 fi flus kontanti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u mhux eskluż li l-ġuvni jitressaq il-Qorti it-Tlieta, akkużat b’pussess aggravat ta’ droga, talli huwa reċidiv u talli saq vettura meta ma kienx kopert b’polza ta’ assigurazzjoni.