Għax jemmen li l-estremisti mhux posthom f’pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista qed jaqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jippermettix id-dħul tal-vapur “C-Star” ladarba dan għandu skop biss li jwassal messaġġi estremisti.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija, fejn fakkar li l-valuri tal-Partit huma t-tolleranza u s-solidarjetà, li għandhom jirbħu f’kull mument kontra l-estremiżmu u r-razziżmu.
Ilbieraħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni li jirrifjuta d-dħul tal-vapur, immexxi minn grupp ta’ estremisti.
Dwar dan, il-Partit Nazzjonalista appella għall-konsistenza mill-Prim Ministru minflok deċiżjonijiet differenti skont kif jonfoħ ir-riħ.
Dan meta, ftit tal-ġimgħat ilu, l-istess Prim Ministru ħa deċiżjonijiet dubjużi ħafna u nieqsa mill-valur tas-solidarjetà f’numru ta’ okkażjonijiet oħra, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>

