Katinka Hosszú, l-għawwiema Ungeriża rebbieħa ta’ tliet midalji tad-deheb fl-Olimpjadi u seba’ darbiet rebbieħa tad-dinja f’kompetizzjonijiet individwali, tinsab f’pajiżna għal vaganza.
Hosszú żżomm ukoll ir-rekord dinji fil-mitt metru medley, 200 metru medley, 400 metru medley, mitt metru backstroke u 200 metru backstroke. Dan minbarra li kienet l-ewwel għawwiema fl-istorja li kisbet ħames rekords dinjija f’kull waħda mill-ħames kompetizzjonijiet individwali medley.
The Iron Lady, li għandha 28 sena, saħansitra ġiet dikjarata bħala l-Għawwiema tas-Sena mill-FINA għall-2014, l-2015 u l-2016 u kkompetiet fl-Olimpjadi tas-sajf tal-2004, 2008, 2012 u l-2016.
Minn pajjiżna, fejn tinsab għal vaganza flimkien mar-raġel tagħha Tusup, hi tellgħet numru ta’ ritratti u jidher li waslet fuq din il-gżira fid-19 t’Awwissu.
//= $special ?>


