Id-Deputat Parlamentari tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia ħabbret uffiċjalment fuq il-midja soċjali Facebook li l-Ħadd filgħaxija rriżenjat b’mod uffiċjali minn Kap tal-PD. Hija insistiet li l-Oppożizzjoni għandha tibqa’ magħquda jkunu min ikunu l-mexxejja tal-partiti li jsawruha.
Marlene Farrugia spjegat li t-tir tagħha kien li tagħti r-riżenja wara li jinħatar il-kap il-ġdid, madanakollu sostniet li kien hemm bżonn tirriżenja qabel biex jitħaffef il-proċess.
Hija tat ħarsa lejn il-ħidma tal-Partit Demokratiku tul l-aħħar sena u fakkret li hi kienet infurmat lill-kumplament tal-membri li l-intenzjoni tagħha kienet li twassal il-partit sal-elezzjoni. Minkejja dan, saħqet li nqalgħu ħafna affarijiet aktar milli kien previst, fosthom elezzjoni sena qabel iż-żmien u li fi kliemha, fiha l-Gvern “xtara lura l-poter bi flus l-istess poplu li kien u għadu jisloħ ħaj.”
Filwaqt li insistiet li l-PD għaddej minn żmien ta’ riorganizzazzjoni, hija żvelat li diġà hemm minn iddikjara li se joħroġ għall-Kap tal-PD u oħrajn li se jidħlu f’din it-tellieqa.
Marlene Farrugia saħqet li se tkun qed tagħti l-ħin tagħha għall-ħidma fil-Parlament u ħeġġet lill-Maltin biex ma jħallux lill-Prim Ministru jqarraq bihom.
//= $special ?>

