Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem qed joġġezzjona li d-Demmiela ssir fil-lokal tiegħu u kkundanna lis-Sindku Ta’ Sannat, li ppropona li dan il-proġett għandu jsir f’Għajnsielem.
Il-kontroversja dwar id-Demmiela bdiet wara li beda xoghol minghajr l-ebda permessi fil-Munxar, bil-Gvern joħroġ jiċħad u immedjatament wara, il-Kunsill Lokali tal-Munxar b’maġġoranza Laburista ħareġ igiddeb lill-Gvern u kkonferma li fil-fatt ix-xogħol kien beda.
Fi stqarrija, il-Kunsill qal li l-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali tipprovdi li kull Kunsill u Sindku f’Malta u f’Għawdex għandu d-dmir li jgħin lir-residenti tiegħu meta fin-nofs ikun hemm involuta s-saħħa pubblika, kif ukoll li jħarsu l-ambjent naturali u urban tal-lokalità.
Il-Kunsill ta’ Għajnsielem qal li mhux ġust li Sindku ta’ lokalità, f’dan il-każ Philip Vella, jagħżel li jipproponi ż-żona Tal-Fessej f’Għajnsielem bħala sit għal rimi ta’ demel minflok dik ta’ Triq Żagħwri fil-Munxar.
Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem hu ddiżgustat b’dan l-aġir u għamilha ċara mal-awtoritajiet ikkonċernati li bħala lokalità, Għajnsielem mhux interessat li jidħol fi proġetti ta’ din ix-xorta.
Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem appella biex il-valuri tal-Unjoni Ewropea jiġu wkoll rispettati fuq livell lokali u biex dak li wieħed ma jixtieqx li jkun f’pajjiżu ma jitfgħux fuq ħaddieħor.
Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista kien dejjem ċar li se jkun qed jiddefendi l-interessi tan-nies tal-Munxar quddiem kull istituzzjoni lokali u nazzjonali.
//= $special ?>