Oħt il-vittma tal-inċident tat-traffiku tal-bieraħ fl-Imġarr, 24 sena ilu mietet ukoll b’inċident tat-traffiku fl-istess triq u fl-istess xahar. Fil-fatt oħt il-vittma, Carmen Turner, mietet fl-eta’ ta’ 17-il sena f’inċident tat-traffiku fl-1 ta’ Awwissu tal-1993.
Il-vittma fl-inċident tal-bieraħ fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr, Janie Turner, li kellha 45 sena u omm ta’ tlett itfal, wieħed minnhom ta’ erba’ snin, mietet wara li kienet passiġġiera f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Oħt Janie, Carmen, 24 sena ilu mietet ukoll f’inċident li seħħ fl-istess triq, qabel ma’ taqbad ir-roundabout għall-istess triq u oħtha kienet ukoll passiġġiera.
Fuq il-midja soċjali kienu diversi l-kummenti ta’ sogħba lejn il-vittma u kummenti ta’ solidarjeta’ lejn il-familja, b’mod speċjali lejn uliedha.
//= $special ?>FILMAT: Omm ta’ tifel ta’ 3 snin tmut f’inċident tat-traffiku