Il-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li meta tkellem fuq l-immigranti llegali hu kien qed jeskludi lill-dawk li għandhom dritt għal refugee status. Għalhekk reġa’ kkonferma li n-nies li ħaqqhom li jkollhom dan lis-status ta refuġjati huma biss tlett elef min dawk li hawn f’Malta.
Frank Portelli qal li dan ifisser li lil dawn it-tlett elef ma setax jibgħathom lura, u lanqas irid li nibgħatuhom lura.
Minbarra min dawn it-tlett elef hemm ukoll seba u sebajn elf oħra li telqu min pajjiżhom u ġew Malta biex forsi jieħdu xi benefiċċji soċjali, jew isibu x-xogħol aħjar milli diġa’ kellhom u hemm minnhom li qed jiġu sfruttati billi jmorru jaħdmu bit-tlett euro u tmenin ċenteżmu fis-siegħa. Il-Kandidat għall-Kap tal-PN Frank Portelli kompla jgħid li dawn in-nies m’għandhomx dritt jgħixu f’Malta.
Sostna wkoll li hu obbligu tagħna lil ngħinu lir-refuġjati u li dan għandna nagħmluh mill-qalb. Frank Portelli temm billi qal li r-reputazzzjoni ta Malta min dejjem kienet ta “Malta ħanina, ħobża u sardina”. Kienu jiġu hawn u konna nieħdu ħsiebhom.
//= $special ?>