Paniku fil-belt Franċiża ta’ Marsilja. Dan hekk kif karozza bagħet dieħla għal fuq in-nies li kienu qed jistennew il-karozza tal-linja.
Skont l-ewwel rapporti hemm tal-anqas persuna mejta waqt li s-sewwieq kien arrestat fuq il-post. Sa issa mhux magħruf jekk dan kienx inċident tat-traffiku jew attakk terroristiku.
Fuq il-post apparti Pulizija waslu wkoll suldati armati.





