Lokali

Rockestra 2017 : din is-sena se tkun 100% Rock

Rockestra din is-sena se ssir fit-30 ta’ Settembru fl-MFCC, f’Ta’ Qali.

Rockestra hi avvinament annwali fil-kalendarju tal-Malta Community Chest Fund Foundation u li din is-sena taħbat id-disa’ darba li l-kunċert se jkun organizzat.

Taħt id-direzzjoni tas-surmast Sigmund Mifsud flimkien ma’ l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, bid-direzzjoni artistika ta’ Pawlu Borg Bonaci, Rockestra din is-sena ser tkun qed toffri spettakklu memorabbli. Dan minbarra li l-kunċert għandu l-iskop nobbli ta’ solidarjeta’.

Fost diversi sorpriżi din is-sena se jkun hemm il-grupp poplari The Characters. Jirritorna wkoll f’Rockestra l-ikona tar-Rock fuq livell internazzjonali, Marc Storace.

Fuq talba tal-pubbliku Rockestra din is-sena ser tkun 100% Rock b’siltiet minn gruppi leġġendarji bħal Metallica, Guns & Roses, Kiss, Led Zeppelin u Black Sabbath. Dawn is-siltiet ser jkunu qed jitwasslu lilkom minn kantanti stabbiliti iżda anke minn uċuh ġodda li ser jingħataw opportunita’ li jkunu preżenti għall-wieħed mill-akbar avvenimenti mużikali ta’ kull sena li din is-sena se jsir fit-30 tax-xahar id-dieħel.