Lokali

“It-terroriżmu jħalli effett internazzjonali” – Carm Mifsud Bonnici

Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici,  Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Affarijiet Barranin, ilbieraħ iffirma l-ktieb tal-kodoljanzi  fl-Ambaxxata Spanjola f’Malta, f’Ta’ Xbiex, b’turija ta’ solidarjetà u appoġġ lill-poplul Spanjol wara l-attakk terroristiku tal-ġimgħa l-oħra f’Barcelona.

Il-ktieb ta’ kondoljanzi matul dawn il-ġranet qed ikun iffirmat minn diversi awtoritajiet lokali kif ukoll ambaxxaturi u uffiċjali ta’ pajjiżi differenti.

F’kummenti lil In-Nazzjon, Carm Mifsud Bonnici ddikjara li attakk fuq pajjiż bħal Spanja, hu meqjus ukoll bħala attakk fuqna mhux biss minħabba r-relazzjonijiet tajba bejn iż-żewġ pajjiżi, imma wkoll għaliex it-terroriżmu jħalli effett internazzjonali.

Id-Deputat Nazzjonalista esprima s-sapport tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista anke mal-Ambaxxatur Spanjol f’pajjiżna, Josè Pons.