Internazzjonali

Tkompli tikber it-tensjoni fil-Korea

Tfeġġ għal darb’ oħra tensjoni fil-Peninsola Koreana.

Dan wara li l-Korea ta’ Fuq wissiet li manuvri militari li se jkun hemm bejn il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti ma kienx se jagħmel ġid u kien se jqarreb id-dinja lejn gwerra nukleari.

Il-manuvri militari bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel kienu ilhom ippjanati u jsiru kull sena. Imma l-Korea ta’ Fuq wissiet li meta trid setgħet tispara missili lejn territorju Amerikan kemm jekk dan hu Guam jew Hawaii.