Trailer mgħobbi bi prodotti tax-xagħar u tires tal-karozzi nħakem minn nar u nqered għalkollox f’inċident li seħħ f’Rivoli Sud, l-Italja, waqt li kien fi triqtu lejn pajjiżna.
Jirriżulta li t-trailer, li kien ġej mis-Slovakkja, għal xi raġuni ħa n-nar, bix-xufier Serb li rnexxielu jwaqqaf il-vettura u joħroġ minnha mingħajr ma sofra ġrieħi.
Għad mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident li seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu. In-nar ġie kkontrollat malajr iżda kien hemm bżonn sigħat sħaħ ta’ tindif taż-żona.