Futbol Sport

Vincenzo Nibali jirbaħ it-tielet stadju tal-Vuelta

Iċ-ċiklist Taljan Vincenzo Nibali ta' Bahrain Merida jiċċelebra wara li qasam il-linja finali (Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Vincenzo Nibali rebaħ tmiem eċċitanti fit-tielet stadju tal-Vuelta f’Andorra, b’Chris Froome jikseb biżżejjed sekondi bonus biex jinsab bil-flokk l-aħmar. Nibali wera li hu l-aktar ċiklista b’saħħtu u spiċċa qabel l-Ispanjol David de la Cruz ta’ Quick-Step Floors u Chris Froome ta’ Team Sky.

B’hekk dawn l-erba’ sekondi li kiseb, bi tnejn minnhom jirbaħhom fl-isprint tan-nofs qabel l-aħħar minn tliet għoljiet. Dawn kienu biżżejjed biex iċ-ċiklist Britanniku jitla’ fil-quċċata tal-klassifika.

L-erba’ darbiet rebbieħ ta’ Tour de France, spiċċa tliet darbiet fit-tieni post iżda qatt ma rebaħ il-Vuelta, u jinsab żewġ sekondi qabel de la Cruz fil-battalja għal flokk l-aħmar, bil-koppja ta’ BMC Nicolas Roche u Tejay Van Garderen ukoll jinsabu żewġ sekondi warajh.

Dan l-istadju minn Prades fi Franza għal Andorra la Vella, deher li se jkun battalja bejn Froome, Esteban Chaves, Romain Bardet u ċ-champion Taljan Fabio Aru. Iżda fl-aħħar kilometru, Nibali, de la Cruz, Roche, van Garderen u Pozzovivo.

L-akbar tellief kien il-veteran Spanjol Alberto Contador li kkonċeda żewġ minuti u 33 sekonda lir-rivali tiegħu. Contador ma kienx kapaċi jirrispondi għall-attakk ta’ Froome f’Alto de la Comella fl-aħħar għaxar kilometri.