Lokali

Żieda ta’ 20% fit-turiżmu minn Malta bejn April u Ġunju

Fil-perjodu bejn April u Ġunju li għadda kienet reġistrata żieda ta’ 20% fit-turiżmu ‘l barra minn Malta bl-ammonti jilħqu 112,591 lejn pajjiżi tal-UE u 12,863 lejn pajjiżi barra mill-UE.

L-Italja u l-Ingilterra baqgħu l-iktar destinazzjonijiet popolari b’49.5% tat-turisti bejniethom.

In-nefqa għal kull vjaġġ ammontat għal medja ta’ €864 għal total ta’ €108.4 miljun. Din kienet żieda ta’ 22.9% fuq l-istes sperjodu tal-2017.

Jirriżulta li bejn Jannar u Ġunju 2017 n-numru ta’ vjaġġi Tat-turisti ammonta għal 240,673, żieda ta’ 15.8% fuq l-2016. In-numru ta’ ljlieli li t-turisti għaddew barra l-pajjiż żdied bi 15.5% għal 1.6 miljun.

In-nefqa totali tat-turisti li ħarġu minn Malta ammontat għal €201.2 miljun, 11.8% iktar minn dak reġistrat fl-istes sperjodu fl-2016.

Tags