Internazzjonali

Eklissi rari u spettakolari fl-Istati Uniti

Il-poplu fl-Istati Uniti tard fil-lejl tat-Tnejn seta’ jara eklissi totali tax-xemx li kien l-ewwel fuq dan il-livell, viżibbli minn 48 Stat Amerikan, għal dawn l-aħħar 38 sena.

Kienet ukoll l-ewwel eklissi mill-1918 ’il hawn li għaddiet minn ‘tarf sa tarf’ (coast to coast) tal-Istati Uniti.

Intant, id-dell kbir li xeħet il-qamar waqt li għadda minn quddiem ix-xemx ‘tefa d-dawl naturali’ għall-Istati Uniti – minn Oregon, fil-Punent, sa South Carolina, lejn il-Lvant.

Dan waqt li miljuni ta’ nies setgħu jsegwu l-fenomenu fis-sema permezz ta’ nuċċalijiet protettivi, u waqt li x-xemx inħbiet kompletament mill-qamar għal żewġ minuti sħaħ.