Kimi Raikkonen se jibqa’ jsuq mal-Ferrari anke matul is-sena li ġejja. Dan wara li ħarġet l-aħbar li s-sewwieq mill-Finlandja ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena oħra.
Il-kuntratt tiegħu kien se jiskadi fi tmiem dan l-istaġun u fil-fatt Raikkonen, jiem ilu kien stqarr li jixtieq jibqa’ mat-tim Taljan, anke jekk dan l-istaġun ma tantx kiseb riżultati tajbin.
Hu qiegħed jokkupa l-ħames post fil-klassifika ġenerali u s’issa ma rebaħ l-ebda tellieqa filwaqt li s-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Sebastian Vettel jinsab fl-ewwel post.
Raikkonen, li għandu 37 sena se jkun qed isuq mal-Ferrari għall-ħames sena konsekuttiva filwaqt li fil-passat għamel tliet staġuni oħra mal-Ferrari.
//= $special ?>