Fl-aħħar ħin, nirien ħadu ġo garaxx fil-Gżira. Jidher li n-nar ħa għal-ħabta tat-3 ta’ wara nofsinhar, fi Triq Carlo Manche.
S’issa għadu mhux magħruf il-kawża tan-nar, pero rapporti li waslu għand NET News qalu li aktarx kien tank tal-petrol li ħa n-nar f’dan l-imsemmi garaxx ta’ mekanik. Mal-ewwel fuq il-post waslu membri tal-protezzjoni ċivili sabiex jitfu n-nirien.
Għadu mhux magħruf ukoll jekk kienx hemm min weġġa’ minħabba dawn in-nirien.
Aktar dettalji hekk kif jaslu.
//= $special ?>