Il-qawwiet tal-Gvern Iraqi li qed jiġġieldu biex jeliminaw il-preżenza tal-ISIS avvanzaw sal-limiti tal-belt ta’ Tal Afar, li hi fost l-aħħar fortizzi tal-grupp terroristiku li għad fadal fl-Iraq.
Taqsimiet tal-militar għal kontra t-terroriżmu daħlu fid-distrett ta’ Kifah, lejn il-Lbiċ ta’ Tal Afar, wara numru ta’ battalji, li fihom il-militanti tal-ISIS sparaw il-missili fuq is-suldati waqt li użaw vetturi pakkjati minn bombi u misjuqa minn terroristi suwiċida.
L-assedju fuq Tal Afar tħabbar mill-Prim Ministru Iraqi, Haider al-Abadi, li ħareġ ultimatum lil xi 2,000 terrorista tal-ISIS fil-belt ‘biex iċedu jew imutu fil-post’. Fl-ewwel sigħat tal-azzjoni, il-qawwiet tal-Gvern ħatfu kwantità ta’ art lill-ISIS qabel fetħu bumbardament fuq id-difiżi tal-ISIS fil-madwar taz-zona ta’ Kifah.
Dan qabel elementi tal-Armata u Brigata tal-Pulizija Federali wettqu attakki mill-art, fost rapporti li ‘huma kienu f’kontroll sħiħ tad-distretti ta’ Kifah u Nour’. Ir-rapporti inizjali, intant, ma kenux ikkonfermati min-naħa tal-militar Iraqi.
//= $special ?>

