Il-Ministru Ġermaniż għall-Affarijiet Barranin, Sigmar Gabriel, qed iwaħħal fil-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan, għal ‘theddid’ fil-konfront ta’ martu.
Gabriel qal, fil-Ġermanja, li l-atteġġament ta’ Erdogan ‘ħajjar lil ċerti nies biex jippersegwitaw lil martu, Anke’, bis-sitwazzjoni tkompli żżid it-tensjoni bejn Berlin u Ankara.
L-istampa Ġermaniża kkwotat lil Gabriel li t-theddid lill-mara tiegħu (li hi dentista) sar minn fuq il-voicemail. Dan meta l-Ġermanja qed takkuża lil Erdogan dwar ‘abbuż ta’ ġustizzja’ permezz ta’ direttivi għall-arresti tal-massa f’artu.
Kwistjoni taħraq partikulari fir-relazzjonijiet tal-Ġermanja mat-Turkija tinvolvi l-arrest, fit-Turkija, ta’ diversi ċittadini Ġermaniżi. L-arresti saru permezz ta’ miżuri tal-Gvern Tork li huma applikabbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
//= $special ?>

