Elezzjoni Kap PN Lokali

Il-problema tal-immigrazzjoni – Frank Portelli

Il- Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li meta mar Wied-il-Għajn għall-festa ta Sant’ Anna, jekk iltaqa m’għaxra minn nies, tmienja minnhom semmewlu l-problema tal-immigranti.

Hu kompla jgħid li fl-aħbarijiet ta’ TVM tat-tmienja ta’ filgħaxija, li xxandru nhar il-Ħadd tlettax t’Awwissu, issemmew il-każijiet li kien hemm il-Qorti. B’kollox issemmew ħamsa u kienu kollha każijiet ta’ barranin. L-ewwel wieħed rappurtat kien każ ta’ stupru ta’ tifla ta’ tnax-il sena; il-mixli qal li ma kienx veru, imma t-tifla kellha bżonn treatment l-isptar.

Kien hemm barrani ieħor li milli jider kien ilu jbiegħ id-droga ġewwa Paceville, li bi żball mar ibiegħ id-droga lill-pulizija li kien pajżan, u dan, ovvjament, għax ma ndunax li kien pulizija, u l-pulizija arrestaħ kif kien obbligat li jagħmel, wara li n-nies qalulu li dan kien ilu jbiegħ id-droga.

Frank Portelli qal li ma kienx se jgħid li dawn kienu kollha ta’ listess reliġjon għax inkella xi ħadd kien jgħid li qed ifittex, imma ħames każijiet kien hemm, wieħed wara l-ieħor! F’kas ieħor, wieħed li milli jider jgħix Ħal-Luqa għamel rapport falz li sieħbu li jgħix miegħu, sawtu, u ma kien veru xejn. Ir-raba wieħed qabduħ ħiereġ b’somma kbira ta’ flus minn Malta, u l-ieħor sabulu numru ta’ passaporti differenti.

Frank Portelli temm biex qal li dan kien li qed iġib miegħu l-hekk imsejjaħ multi kulturaliżmu