Il-ġbir tal-voti beda llum 22 ta’ Awwissu u se jkompli sa nhar il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – minbarra s-Sibt 26 ta’ Awwissu hekk kif dakinhar se jsir l-early voting. Il-ġbir tal-voti se jkun miftuħ bejn id-9.00am sas-6.00pm. Id-dokument irid jinġabar mid-Dar Ċentrali f’tal-Pieta’ kemm mill-Maltin u anke l-Għawdxin. Madanakollu, l-Għawdxin jekk iridu jistgħu jiġbru l-vot mis-Sannat stess bejn l-Erbgħa 23 ta’ Awwissu u l-Ġamis 24 ta’ Awwissu. Il-Maltin li jixtiequ jiġbru l-vot tagħhom minn Għawdex jsitgħu jagħmlu dan billi jinformaw lill-Kummissjoni Elettorali biex jiġbru l-vot fit-23 jew 24 ta’ Awwissu.
Biex tivvota, fil-jum tal-elezzjoni, hu mitlub li tieħu miegħek id-dokument tal-votazzjoni u l-karta’ tal-identita’.
L-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali se ssir nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru bil-possibilta’ li jkun hemm votazzjoni oħra l-Ħadd 3 ta’ Settembru. Se jkun hemm ukoll early voting nhar is-Sibt 26 ta’ Awwissu. Il-ħinijiet tal-votazzjoni huma ta’ bejn it-8.00am sad-9.00pm.
Il-postijiet tal-votazzjoni huma fid-Dar Ċentrali tal-Pieta’ u kif ukoll fis-Sub Headquarters tal-Partit Nazzjonalista fis-Sannat Għawdex.
//= $special ?>