Il-fakulta’ għat-Tisħiħ Soċjali fl-Universita’ ta’ Malta fi stqarrija qalet li tinsab inkwetata u kif ukoll qed tappella lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri neċessarji u azzjoni immedjata biex tindirizza l-vjolenza kontra n-nisa, partikolarment l-vjolenza domestika. Bħala fakulta’ tal-Universita’, hi kkundannat l-vjolenza kontra n-nisa u l-irġiel f’kull forma u appellat lill-awtoritajiet biex isaħħaħ l-infrastruttura biex tiġġieled dan il-fenomenu effettivament.
Skont rapport annwali ta’ CrimeMalta tal-2016, il-vjolenza domestika kompliet tiżdied b’mod kostanti fejn leħqet l-1272 każ rappurtat fl-2016 – dan ifisser żieda mis-sena ta’ qabel, fejn fl-2015 kien hemm 1205 każ.
Fi tmien snin, mill-2008 il-każijiet rappurtati ta’ vjolenza domestika żdiedu b’183%. Fl-2008, kien hemm 450 każ irrappurtat.
Skont l-istess fakulta’, il-fatt li n-numru ta’ każijiet irrappurtati żdiedu hu inkoraġġanti – hekk kif dan ifisser li il-pubbliku Malti qed jirrikonoxxi l-problema tal-vjolenza domestika u qegħdin ifittxu għall-għajnuna. Tajjeb li wieħed jifhem, li dawn in-numri ma jinvolvux il-każijiet li ma ġewx irrappurtati.
Il-fakulta’ ġibdet l-attenzjoni wkoll li bħalissa Malta gġadha ma hijix konformi mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Il-fakulta’ qalet li l-vjolenza domestika fuq in-nisa tħalli impatt fuq it-tfal għal mod kif iġibu ruħhom meta jsiru adulti. Statistika turi li fl-Ewropa, mara minn kull 3 tesperjenza vjolenza fiżika jew jovlenza sesswali.
Intant, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija aktar qabel qal li ma nistgħux nagħlqu għajnejna għall-vjolenza domestika. Il-politiċi għandhom jaħdmu id f’id biex jindirizzaw din il-pjaga fis-soċjeta’ ta’ pajjiżna li sfortunatament, għadha magħna.
//= $special ?>

