Futbol Sport

Koeman qed ifittex żewġ akkwisti oħra

Ronald Koeman waqt il-partita tal-bieraħ (Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Everton Ronald Koeman qed ifittex li jsaħħaħ l-iskwadra b’żewġ akkwisti oħra sa tmiem is-suq tat-trasferimenti. Everton sa issa nefqu madwar €110 miljun b’akkwisti ta’ kwalità li għenu t-tim iżid fil-prestazzjonijiet tiegħu.

Huma sa issa akkwistaw lil Wayne Rooney, Gylfi Sigurdsson, Davy Klaassen, Michael Keane, Jordan Pickford, Sandro Ramirez u Cuco Martina, b’Koeman jittama li jżid xi plejers fid-difiża u fl-attakk.

“Qed infittxu difensur ċentrali xellugi, probabli bħala riserva ta’ Leighton Baines. Wara li weġġa’ Funes Mori, ma għandniex xellugin fuq dik in-naħa. Ukoll attakkant għaliex naħseb anki bit-talent ta’ Dominic u Ramirez. Timijiet oħra għandhom dak in-numru ta’ plejers u jekk irridu nagħmlu l-pass li jmiss, irridu attakkant ukoll.

Il-200 gowl fil-Premier League ta’ Rooney poġġa lil Everton minn fuq wara 35 minuta qabel ma’ Kyle Walker tkeċċa fid-debutt fil-grawnd ta’ Manchester City qabel tmiem l-ewwel taqsima. City ġabu d-draw b’gowl tard fil-partita tas-sostitut Raheem Sterling, bil-midfielder Morgan Schneiderling jitkeċċa ftit wara għal Everton.

“Kellna problemi biex inżommu l-ballun u lagħbna malajr wisq il-ballun fit-tul. Ħdima veru iebes għar-riżultat u li nieħdu punt hu riżultat tajjeb,” qal Koeman. Everton jilagħbu l-Ħamis fil-logħba ta’ ritorn tal-play-offs tal-UEFA Europa League qabel ma’ jilagħbu kontra Chelsea l-Ħadd.