Internazzjonali

RITRATT: Tarbija ta’ 7 xhur li sar simbolu ta’ tama

Minn kmieni dalgħodu, għexieren ta' dgħajjes bdew jaqsmu lejn il-gżira biex iġibu n-nies lura lejn Napli

Dalgħodu fl-Italja kulħadd qam jitkellem dwar it-tifel ċkejken ta’ 7 xhur illi ġie salvat minn qalb it-tiġrif tat-terremot f’Ischia.

Ħafna ikkummentaw illi din l-immaġini hija l-aktar waħda li tirrapreżenta dan il-lejl twil u traġiku li għexu n-nies ta’ Ischia u eluf ta’ turisti li jinsabu fuq din il-gżira bħalissa.

Bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jinstabu aktar persuni li inqabdu fit-tifrik tal-bini li ġġarraf. B’kollox huma 2,600 il-persuni li spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom wara dan it-terremot.