Lokali

Sqalli akkużat fil-Qorti bit-traffikar u l-pussess ta’ droga maqbuda

Wara s-sejba tad-droga ta’ nhar is-Sibt f’ammonti sostanzjali u li kienet żvelata nhar il-Ħadd fil-gazzetta ‘il-mument’, il-ġurnal in-Nazzjon illum żvela li ssoktaw l-investigazzjonijiet tal-Pulizija hekk kif ilbieraħ filgħodu, Sqalli tressaq il-Qorti akkużat bil-pussess u t-traffikar tad-droga maqbuda. Għalkemm id-droga maqbuda ġiet ikkonfiskata u tinsab f’idejn il-Pulizija għal aktar stħarriġ, kollox jindika li l-valur tagħha fis-suq lokali jammonta għall-għexieren tal-eluf tal-ewro.

Il-Maġistrat tal-Għassa infurmat bil-qabda nhar is-Sibt, ordna inkjesta maġisterjali li fiha hemm jgħinu diversi esperti maħtura mill-Qorti u li għandhom iwasslu biex tkun magħrufa l-qabda preċiża tad-droga u l-valur tagħha fis-suq Malti.

L-ispetturi Malcolm Bondin u Godwin Scerri, ilbieraħ dehru quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u ppreżentaw taħt arrest lill-Isqalli Antonio Tuzzo ta’ 44 sena minn Lentini, Sqallija, u akkużawh b’numru ta’ kapi ta’ akkuża relatati mas-sejba tas-Sibt li għadda.

Antonio Tuzzo kien akkużat li nhar is-Sibt fl-appartament fejn kien jgħix f’San Pawl il-Baħar, instab bil-pussess ta’ xorta ta’ droga varji li ma kinux għall-użu personali tiegħu. Fost l-oħrajn, hu kien akkużat li kellu ammonti ta’ reżina tal-kannabis, pjanti tal-kannabis u saħansitra ammont konsiderevoli ta’ trab abjad – kokaina. Kollox jindika li l-kwalità tagħha hi ferm għolja.

L-Isqalli, li wieġeb li hu jaħdem fil-kamp tal-kostruzzjoni, qal li ma kellux indirizz fiss. Miegħu fl-appartament, u arrestati wkoll mill-Pulizija, kien hemm Sqalli ieħor, kif ukoll tliet persuni Olandiżi. Il-Pulizija għadha ma temmitx l-investigazzjonijiet tagħha dwar il-qabda tagħha tas-Sibt li għadda jew dwar dak li ġara fil-Qorti lbieraħ filgħodu. Iżda temmen li b’dak li għamlet kissret ċirku ta’ traffikar tad-droga li fih hemm involuti aktar persuni, u saħansitra xi persuni Maltin.

Wara s-sejba ta’ nhar is-Sibt li għadda, li immaturat kaġun ta’ storbju u għajat fil-blokka tal-appartamenti fejn kien jgħix Antonio Tuzzo, il-Pulizija baqgħet issegwiha għal ammont ta’ sigħat wara biex tissabbilixxi x’movimenti kienu qed isiru.