Raġel mill-Pietà ġie kkundannat għal 4 snin u nofs priġunerija wara li ammetta li kkorrompa minn tal-inqas sitt subien minorenni.
Ir-raġel ta’ 43 sena kien akkużat li ħa sehem f’attività sesswali f’diversi lokalitajiet ma’ sitt subien li l-età tagħhom tvarja bejn id-9 u s-16-il sena.
Filwaqt li l-Maġistrat Aaron Bugeja ordna li isem l-akkużat jitpoġġa fir-reġistru tal-pedofeli, il-Qorti ħarġet ordni sabiex l-akkużat jingħata trattament, hekk kif il-prosekuzzjoni qalet li r-raġel għandu bżonn trattament speċjalizzat minħabba l-attrazzjoni tiegħu għat-tfal u appellat biex ismu jkun imniżżel fir-reġistru tal-pedofeli.
//= $special ?>