Knisja Lokali

Anke l-Knisja tagħna għandha bżonn l-għajnuna

Santa Marija - Birkirkara
"Qed nerġgħu nappellaw għall-għajnuna"

Fid-dawl ta’ dak li ġara fir-Rabat matul il-lejl li għadda, il-parroċċa Karkariża ta’ Santa Marija appellat lill-awtoritajiet biex jgħinu fil-konservazzjoni ta’ din il-Knisja f’Birkirkara.

“Bħala Parrocca ta’ Santa Marija gewwa Birkirkara, nitkellmu ċar u tond fuq il-bżonn li l-awtoritajiet kollha ma jibqgħux aktar b’widnejhom magħluqa, quddiem il-bżonn li l-Knisja Parrokkjali tagħna – ġawhra tal-arkitettura barokka – tiġi moghtija l-attenzjoni mill-aktar fis possibbli.”

Minkejja li il-Knisja ta’ Santa Marija hi monitored il-ħin kollu, huwa fatt li maż-żmien komplew jiżviluppaw aktar ħsarat strutturali.

Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, il-parroċċa spjegat illi bl-akbar sens ta’ responsabbilta’ “qed nerġgħu nappellaw għall-għajnuna.”

“Hu fatt magħruf li teħtieġ somma kbira ħafna ta’ flus, li l-komunita’ parrokkjali tagħna waħedha impossibbli li tlaħħaq magħhom jew li tiġborhom hi biss.”

“Għalhekk, mill-ġdid nitolbu lil-Gvern u lill-Knisja kif ukoll lil kulmin jinteressah mill-patrimonju sagru u arkitettoniku ta’ pajjiżna, biex bħalma ġustament sar fi bnadi u binjiet ohra f’pajjiżna, issa anke il-Knisja tagħna tingħata l-attenzjoni kollha li jixirqilha.”