Fl-isfond tal-istorja ta’ qsim il-qalb ta’ Janie Spiteri, ingħatat l-aħħar tislima lil din l-omm ta’ tliet itfal.
Fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta ġiet iċċelebrata l-memorja ta’ din il-mara ta’ 45 sena mill-Mosta stess, li tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imġarr nhar il-Ħadd li għadda.
Janie kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi involuti fil-ħabta, u warajha ħalliet tliet itfal, fosthom tifel ta’ ftit snin.
L-istess post fejn Janie tilfet ħajjitha, seraq ukoll ħajjet oħt Janie – Carmen Turner – meta hi wkoll kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Awwissu ta’ 24 sena ilu. Anke oħt Janie kienet passiġġiera meta hi wkoll tilfet ħajjitha traġikament.
Għall-quddiesa tal-funeral fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta attendew diversi qraba u ħbieb, li taw l-aħħar tislima lil Janie Spiteri, l-omm li tibqa’ mfakkra minn ħafna għall-karattru ferrieħi tagħha.
//= $special ?>FILMAT: Omm ta’ tifel ta’ 3 snin tmut f’inċident tat-traffiku