Fil-Knisja ta’ Ta’ Ġieżu kienet evitata traġedja meta parti mis-saqaf waqgħet billejl meta l-Knisja kienet battala u magħluqa. Bħala ringrazzjament, il-komunità ta’ Ta’ Ġieżu għamlet quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla talli kienet evitata traġedja.
Fil-Knisja seta’ jkun innutat altar mobbli li tpoġġa temporanjament, u li permezz tiegħu ġiet iċċelebrata l-quddiesa ta’ ringrazzjament.
Sadanittant, aktar kmieni, żaru l-Knisja Ta’ Ġieżu diversi delegazzjonijiet, fosthom delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista. Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista rat mill-qrib il-ħsarat li ħalla l-inċident. Id-delegazzjoni kienet magħmula mill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, mill-Kelliem għall-Kultura Karl Gouder, mill-Whip tal-Grupp Parlamentari David Agius u mid-Deputat u Kelliem tal-PN Jean Pierre Debono.
Stejjer oħra marbuta ma’ dak li seħħ f’Ta’ Ġieżu
MATUL IL-LEJL: Jisfronda s-saqaf tal-Knisja tal-Franġiskani fir-Rabat
AĠĠORNATA BIL-FILMATI – “Niftaħ il-Knisja u nsib din l-istraġi” – Patri Martin Coleiro
//= $special ?>